Thursday, December 29, 2011

Intlift, ktiebt u sirt. Sirt poeta, sirt il-poeżija. Il-poeżija tal-lejl...

Ħrabt... Ħrabt għal mument min dawk l-erbgħa ħitan ta' kamarti li għal iljili provdewni b'wens u b'protezzjoni mil-maltemp.

Ilbist qalziet u qmis u ħrabt niġri wara n-noti ħelwin tal-pjanu u l-vjolin.

Ħrieġt fil-beraħ, għal-arja friska tal-lejl. Għad-dawl isfar tal-lampi għal darba oħra u l-misteru tas-swar u tat-tlett ibliet! Għat-toroq vojta mixħuta hawn quddiemi, għalija biex interraq fijhom għal-darba oħra. Għal-baħar u l-ħoss tal-mewġ iċafċaf mal-blatt. Għal-forti Sant Anġlu, l-Port il-Kbir, u l-belt Valletta!

Hawn jien insir (il-)poeta, ma dawn in-noti ħelwin tal-musika. Hawn fejn ħadd ma jafni ħlief il-lejl, u l-ħoss tal-weraq iħaxwex, jisfen mar-riħ fuq rasi. Hawn l-ispirtu jinħeles, l-qalb tinfetaħ, u l-kliem bħal manna fid-desert jinfirxu fuq il-parċmina u jagħtuni l-ħajja, n-nifs, is-saħħa. Ħajti, r-realta tqila li jien ngħix, hawn teħfif, issir bħal rixa ta' tajra li saret u waqat mil-mant ta' ċinju.

Nimxi fuq dan il-pont li jagħti għal ġewwa l-belt ta' Vittoriosa, taħti (l-ġnien taż-żebbuġ) l-foss mimli siġar taż-żebbuġa. Malta, art twelidi, ġojjel f'nofs il-baħar mediterran. Il-ġebla tal-franka, l-baħar, l-isqaqin iserpu, u l-kantunieri moħbija f'qiħ l-istorja, l-palazzi u l-bereġ! D-daħk ta' l-injorant u s-sakranaz fil-każin. Il-veduta ta' Bighi, l-Kalkara u l-belt. L-bank, l-funtana, r-riħ, l-baħar iswed u lilhin.

Jien.

Waħdi.

Trankwil, kwiet u liberu.

Paċi. Memorji. Noti ħelwin tal-pjanu. Arja. Il-present.

Min hawn għal fejn?

Minn jaf?

Naf li bħalissa ħaj, hawn fuq is-swar inħares lejn din il-veduta maġika, misterjuża. Jien artist, poeta, pittur, żeffien. Hawn jien sabiħ. Il-lejla l-frisk.

Tajjeb. Hekk għandu jkun.

Intlift, ktiebt u sirt. Sirt poeta. Sirt il-poeżija. Sirt il-poeżija tal-lejl.

Min jista jisraqli dan il-mument? Min jazzarda jisraqli dan il-mument?

Miksin hu. Miskina hi.

Dan l-iżveljarin idoqq f'widnejja. Sejħa biex inqum, inqum għal-ħajti lura ġewwa l-gzira ta' Malta wara erbgħa xhur f'art imbeda. Iva, ħa nkompli. Għaliex jien ixurtjat li qiegħed hawn, nisfen din iż-żifna tal-ħajja, nikteb din l-istorja, din il-poeżija ħajti.

Ktiebt.

Nisma dawn in-noti ħelwin u nieħu n-nifs. Il-pulmun jereq fl-arja pura, friska ta' hawn fuq. Ma rridx li dan il-mument jispiċċa. Imma aħjar immur, għax il-bard qed jaħkem dan ġismi rqiq, fraġli u delikat. Imma l-lejla għixt, ħadt in-nifs.

Sirt poeta, il-poeżija... il-poeżija tal-lejl... 

Bħal meta int tisfen...

Bħal meta int tisfen, jien nintilef fid-dinja tal-kliem, fil-mument. Insir il-poeżija bħal ma int issir il-muviment. Il-musika, il-ġifen li jieħdok f'dik l-art utopja, f'dak l-ispazju, hemm fil-fond ta' qalbek. Fi spazju li lest biex jilqek u jimtela bil-ġmiel ta' l-ispirtu (tiegħek), bil-kulur. Fi spazju fejn tista tiftaħ ġwenħajk u ttir il-fuq fis-sħab. Fejn issir ħaġa waħda man-natura, ma l-univers, mad-dawl u mad-dlam, mal-ħajja u mal-mewt, mal-bnazzi u mal-maltemp, ma l-animal, mas-siġra, (mas-sbuħija kollha tad-dinja), ma l-istillel, u l-pjaneti. Ma l-idea, mal-kunċett, mal-ħallieq.

O xi sbuħija, o x'għasel ta l-ispirtu! Int o poeżija, int o mużika, l-leħen ta' ruħi, ta' dawn id-dmugħ fuq xfar għajneja, fuq wiċċi. L-leħen ta' dan il-paċi, ta' dan il-ferħ li qed inħoss ġewwa qalbi.

Grazzi, grazzi, u grazzi o poeżija, tali għal darba oħra tajtni n-nifs u fakkartni li jien ħaj. 

Saturday, November 19, 2011

Dan in-nar jaqbad f'nofs ta' lejl

Dan in-nar jaqbad f'nofs ta' lejl...

Kemm qed jixel, kemm qed jimla dawn l-għajnejn kaħlanin jisfnu fil-baħar, bil-ħajja li għixet f'din ir-ruħ tal-lejl... o dan in-nar, din l-assenza li tagħmilni: il-ħajja, il-poeżija... Jien fejn jien, jien minn jien, il-maskla li nideċidi li nilbes... naf li qatt mu ħa tħallini... Fuq is-sodda tal-mewt, sittien sena oħra, ta' tmenin, f'dinja li ma nafx, f'dinja fejn ma hemmx post il-poeżija, nispera li dan in-nar jibqa jaqbad, imqar f'dawn il-ġiex għajnejn kaħlanin li jien tant nobgħod, li tant inħaddan... o natura, o evuluzzjoni, int xi ħlaqt? Din il-kreatura, dan il-ġisem, dan il-moħħ... Dan il-poeta mitluf fil-mistoqsija...

Il-kimika li tħawwad il-kimika u l-eletrikku. Din il-ħajja mimlija misteru, tibqa hemm titantani, waqt li ġismi intosifikat (bl-alkoħol) bil-kimika li tħawwad il-kimika, tinkini, tistedini biex insaqsi l-mistoqsija, biex infittex ir-risposta. L-ironija tas-sitwazzjoni meta jien naqa għal-din it-tentazzjoni meta r-risposta jiena ġa għandi... l-fjura trid iċedi għal-kesħa tax-xitwa li qed tħabbat wara l-bieb tal-ħarifa... għaliex hekk biss iż-żerriegħa tista tistaħba fil-kenn tal-ħamrija sar rebbiegħa ġejjiena, biex għal-darba oħra tistieden il-ħajja biex tinbet u timla l-vojt tas-silġ u l-mewt tax-xitwa...

O kliem ħelu, bħaż-żebgħa fuq il-pinzel ta' pittur, int togħbdini u tħobbni u tħallini nesprimi dak li ilu mistur ġewwa l-fond ta' qalbi... o musika, bħal-għeliqi u s-siġar li l-pittur jara quddiemu, inti ttini l-ispirazzjoni, l-motivazzjoni biex inkompli nimbotta, biex inkompli nfittex u ngħix... Inħobbok o peożija għaliex int għal-darba oħra provdejt is-serħan ta' moħħ, tal-qalb lil din ir-ruħ għatxana, kurjuża għar-risposti, għal-misteri li mhux tagħha biex tiskopri... tal-ħajja, ta' l-ispirtu...

Grazzi o poeżija, grazzi o lejl...

Thursday, November 17, 2011

Jien ħaj...

Jiena ħaj u bl-ebda mod ma jien ħa mmut...
Il-warda tal-plastik jien armejt...
L-imħabba għ
amja iġalek tiġbora, iġalek tiġbora minn ġod-demel...
Imħabba pura, imħabba għamja
Imma mħabba waħeda mhux biż-żejjed
Hemm il-moħħ, hemm il-ħ
sieb,
Iridu jintużaw...

Moħħi jien użajt, moħħi jien ħa nuż
a, ħa nużaħ biex nuri lil qalbi il-verita,
U qalbi ferħet, qalbi inħelset mil-ktajjen ta' din l-imħabba għamja u inkundizzjonata... din l-imħabba marida... 

Qalbi titla l-fuq, moħħi jistrieħ u ruħi tinħeles... 

Tbissima fuq wiċċi reġet tfaċċat, 
tbissima vera, tbissima mil-qalb...
 tbissima tal-warda bajda vera...


Il-warda tal-plastik għarmejta u jien hemm ha nħalija, ġod-demel... għax dik hemm posta...

U din id-dinja vojta u għamja li tiprefferu tgħixu fija?

"U din id-dinja vojta u għamja li tiprefferu tgħixu fija? Dinja tal-plastik, dinja tal-materja, dinja ta’ xejn iżjed min dak li is-sensi jħalluwk tara, iduq, timsa, ixomm u tħoss… id-dinja tagħkhom sa hemm tasal… il-qalb, u l-emozzjoni… dak li vera jagħmlek uman, ħaj, inthom tibżu minnu… iwerwirkhom… li taħseb u tħoss... li tmur lilhin mil-ġisem huwa wisq għalikhom… u inthom, dawk fostkhom li għandkhom il-grazzja tal-moħħ u l-intelliġenza, imma tiprefferu tkunu pupazzi, skjavi tad-drapp, biex l-oħrajn li huma inqas ixxurtjati minkhom, jaċċetawkhom u jagħmlukhom allat tal-lejl, tal-kantuniera… fejn hemm… f’dak il-mument ta’ passjoni, ta vjolenza, ikunu qed jagħmlu massakru minhkom, mill-vera persuna li int ġo f’qalbek… 


Injoranti… 


Kollox ħelu, kollox manna, kollox ileqq u kollox sabiħ… 


Illum int ragel, inti mara skond il-ħwejjeg li tilbes… illum il-kejl ta l-irġulija, ta’ kemm inti mara huwa id-drapp, l-ammont ta’ alkohol li int kapaci tikonsuma f’lejl u kemm int kapaċi tarmi lil ġismek bħal tuffieħa mikula. Bħal gazzetta tal-ħadd, taqra darba umbgħad tarmija… 


Kemm aħna intelliġenti… Kemm aħna popolari… Kemm aħna maħbubin… 


Inhobbok… Intilfet il-vera tifsira ta mħabba llum… Inħobbok… Inħobbok sa kemm int tħallini nisfrutta lil ġismek kif jogħġob lili, lil bżonnijiet karnali tiegħi… 


Għamjin, għamjin u għamjin… tant kemm aħna għamjin li llum, mhux biss nażlu l-ħwejjeg min wara l-ħġieġ tal-vetrini, imma tali nażlu wkoll lil min ħa nkellmu, lil min ha nkellmu min wara din il-ħġieġa li tiproduċċi dawl iteptep… vetrina virtwali… Din min hi? Le, jaqq xi kruha fija? U dan min hu, kemm hu sabiħ? Ħa nkellmu lil dan għax i li nara jogħġobni… l-ewwel waħda ma jistħoqlux cans? L-ewwel waħda x’għanda inqas mit-tieni wieħed? Ġisem? Ħwejjeg sbieħ u pożi foloz li fiż-żmien kienu jagħmlu l-buffi fiċ-ċirklu? 


Boloħ, għamjin u mitlufin f’dlam dak id-dawl ta’ illusjoni, ta’ perfezzjoni, ta’ sbuħja falza… Qumu mir-raqda, ieqfu u aħsbu! Ħarsu madwarkhom u araw flim farsa qed tgħixu! Kull fejn tħares, kull fejn tara, gideb sbieħ li jbelawilek li int għandek bżonn dik il-pinzetta biex tiranġa suf għajnejk, jew li ghandek bzonn dik il-fwieħa, dik il-kimika velenuża sa biex in-nisa jiġru waraj! 


Qumu minn hemm a ħajjin mejtin u araw x’ini il-vera ħajja! Il-vera ħajja huwa s-sempliċi nifs li int tieħu matul il-jum, matul lejl. L-ewwel nifs li tieħu meta għal l-ewwel darba toħroġ minn ġuf ommok għal dawl il-xemx… miraklu… In-nifs li int tant tieħdu zgur li lanqas biss int konxju tal-kumplessita, u tal-preccizjoni involuta biex int tkun tista biss idaħħal l-arja minn ġo l-atmosfera għal-qiegħ il-pulmuni tiegħek! U kemm tieħu żgur ix-xemz li titla fis-sema kull filgħodu, kemm tieħu żgur il-fjura li tiftah għal-dawl dik ix-xemx, kemm tieħu żgur dan il-bilanċ delikat, fraġli tan-natura, tal-ħajja… Istħi int li tiġi taqa u tqum, li tirfes il-fjura, li tagħmel lilek innifsek ikbar min snin twal ta’ evolużżjoni, ta’ żbalji perfetti li konsegwenza tagħhom hija int. Ġismek, moħħok, qalbek… Istħi int li tgerger għax niżlet ix-xita mis-swemmiet, istħi int li azzardajt takkuża x-xemx għaliex tiżreg iż-żejjed… Għandek idea taż-żmien li għadda min fuq l-istorja tal-bniedem biex int stajt tħoss l-ilma fuq riġlejk, fuq idejk, fuq wiċċek, għandek idea kemm għadda żmien biex int stajt tara dak id-dawl, biex tikkonċepih u biex il-bniedem żvillupa l-intelletwalita u l-emożżjoni biex int stajt tapreżża dak id-dawl? 


Gerger, kompli għafeg, kompli prova sib id-dawl fid-dlam, fil-plastik, fil-farsa! Kompli għax inti taf o bniedem intelliġenti, o bniedem alla, kompli għazel li tirrifjuta li tieqaf u tara x’hemm wara il-biċċiet tal-palk, wara il-maskli li l-atturi jilbsu! Hemm fjur, hemm bniedem b’potenzjal, hemm il-mohh, hemm l-emozzjoni, hemm il-qalb, hemm il-ħajja…" 

Harist il-fuq u rajt il-weraq jisfen mar-rih...


Kemm nixtieq ningassa u nħażżeż fuq dik il-pastażata ta’ karta ta’ soċjeta! Tħares lejha, tidher sabiħa, miktuba b’pinna ta’ l-aqwa kwalita… kollox kif suppost, kollox sabiħ. Ffirmata bill-bniedem, ssiġilata b’xemgħa ħamra, ċurkett tad-deheb.

Tibda taqra il-miktub, oxxeneta, attroċita u kruha… kruha ta’ kliem…Imċapsa b’demm l-innoċenti, bid-dmugħ ta’ dak li joħlom…
Puppazzi, ġugarelli, priġunieri tar-regoli, tal-materja, ta’ dak li hu mistenni…

Jaħasra, msiken… kemm ma nafu xejn…

Għala flokk jisejjaħ flokk u mhux qalziet? Għala nemmnu dak kollu li nisimu? Għala kuntenti hawn, f’din il-geġwiġija ta’ magni u toroq? Għala ma rridux ninħalu min dawn il-ktajjen marbutin ma dik l-istampa fittizja li penġejna?

Diffiċli…

Naf li ċertu sens ta’ ordni huma kruċjali biex niċaqilqu, biex ngħixu ħajjitna b’sens ta’ ċivilizzazjoni. Imma aħna konxji li għandna alinqas iċ-ċans li nagħżlu? Li għandna l-kapaċita li ninħelsu mil-kobba spag li ħabbilna u nqbadna fija? Li għandna l-kapaċita, l-potenzjal li nimbutaw lilna nfusna biex inkunu individwi aħjar, miftuħin  għal-ideat u esperjenzi ġodda, akbar fiċ-cokon tagħhom stess?

Ieqaf u aħseb… induna u rrealiza bis-saħħa li għandna biex intejbu lilna nnufsna u l-ambjent li ngħixu fih… Bil-potenzjal biex nikbru bħala individwi, bħala kolletiv.

L-univers sabiħ… Id-dinja sabiħa… mimlija mirakli… mirakli kbar… mirakli zgħar... mirakli li jekk tagħti ċans jimlewk kapaċi jwaqqfulek qalbek, nifsek…

Il-qafas ta’ sidirna, jitla u jinżel man-nifs, il-weraq jisfnu mar-riħ, id-dellijiet jimxu max-xemx, l-mewġ jaħbat mal-blat…
Muviment il-ħajja… Muviment il-ħajja…

Jien…

Jien waqaft…

Jien waqaft u rajt dik il-biċċa karta miktuba b’pinna ta’ l-aqwa kwalita, ssiġilata b’xemgħa ħamra, ċurkett tad-deheb… rajta kif inhi, ta’ li hi… rajt il-verita…

Ħarist il-fuq… ħarist il-fuq u rajt il-weraq jisfen fir-riħ… Ħassejt… ħassejt id-demm sħun jiġri fl-arterji u fil-vini… Ħassejt il-ħajja għaddeja min ġo fija u ntlift… ntlift…

Ma hemmx ghal fejn tifimni

Ma hemmx ghal fejn tifimni. Ma hemmx ghal-fejn tkun taf il ghaliex il-lejl, it-triq, id-dawl isfar tal-lampi, ir-rih, is-sigar u l-weraq li jien terraqt fuqhom fehmuni. Mali ghidtilhom l-istorja tieghi tbissmu u l-arja friska ta' dan il-lejl sajfi fakritni ghal darba ohra li jien haj, li jien uman... bniedem. Qaluli "tibzax, imbili l-karozza, l-magna aljenata tadi tigri min hdejk, int mintix minsi. Ahna nhobbuk. Ahna nafuk. Ahna ma ninsewkx. Mintix tismahom in-noti tal-musika u l-gittara tigref mat-tambur ta' widnejk? Hu sahhithom u (kompli ghix), kompli tpaxxa bil-gmiel tal-lejl. Orqod u ghada qum. Qum u kompli iggieled kontra dik il-magna kiesha, aljenata tas-socjeta u erga fakkara li minghajrek ma (tahdimx) tistax tkun kompluta. Inti rota fost dik il-kumplessita, gegwicija ta' hadid msaddad, mikul. Inti rota li tati l-hajja, li tfakkar l-partijiet l-ohra li mhumiex skajvi ta' dak il-monstru li halqu huma stess. Kompli tpaxxa bil-gmiel tal-lejl. Kompli tpaxxa bin-noti helwin tal-musika u strieh. Strieh u hu sahhtek lura u ghada qum u ftakar li alovolja rota, inti wkoll uman. Bniedem haj... Bniedem haj...

U din il-qalb hamra, thabbat, tnixxi d-demm...


U din il-qalb hamra, thabbat, tnixxi d-demm, tibki ghal-darba ohra. Fil-mera tbissima, dahka, tanniqa. "Kollox sew, ma gara xejn, il-hajja tkompli".

Dan il-guvni ferut, jkompli mixi, jzomm il-gerha b'idu, d-demm jcarcar min bejn is-swaba.

"Ma gara xejn, tinkwetax, mhux tort tieghek. Din hi l-hajja habib". 

Ghoxrin sena u qalbi ga mqatta, mtertqa u spulpjajta. Fil-fond ta' qalbi, spazju ghar-rabja ma ghandix. Fil-fond ta' qalbi spazju ghal-imhabba ma fadalx. Ir-raguni tilfet kul sens u bil-mod il-mod qed nintelaq fil-bahar imqaleb. Bil-mod il-mod qed nerhi lili nnifsi fil-kurrent. Qed inhalli il-gegwigija tahkimni u tiblani, biex forsi intaffi dan l-ugigh, biex forsi alinqas nati cans il-griehi f'dan il-muskoli qalb jaqdu... 

O poezija, int u jien, bhal giex mahbubin mohbijin fil-lejl, inservu ta' kenn ghal-xulxien. Is-swar, il-holma ggarfet, waqat u tfarkett mal-blat. Il-mewg tal-hajja hakimni. Bkejt dmugh id-dieqa u nixef... 

"Ma jimpurtax, ma gara xejn..."

Il-hajja tkompli u l-lejl ghal-darba ohra fetah jdejh u haddani mieghu.

Fesfisli f'widnejja l-kuragg, id-dawl, il-hajja. Dan il-bniedem jien, haj, sinonimu mal-lejl. Ferut, mwegga... imma qed jiehu n-nifs, haj... 

Pjanu, gittara, lehen; gholuni u tuni s-sahha... dawl tal-lejl urini t-triq... Dawn rigleja jridu jkomplu. Ma jridux jcedu u jien lanqas. Qalbi ha tibqa thabbat. Wara s-silg, wara l-buttuni tal-puppazz, hemm bniedem, hemm uman, hemm jien haj... guvni ta' ghoxrin sena, b'sahhtu, mimli hajja u sbuhija... hemm bniedem shih...

1:00am, 25th July, 2011

http://www.youtube.com/watch?v=7o2IqS0OPfE&feature=related

Wednesday, July 20, 2011

Ghajta li tkisser il-dlam li tinstab mitfuna go fih...

Ghajta li tkisser il-dlam li tinstab mitfuna go fih... tohrog fil-berah, u ccarat il-hjata ta' din l-eziztenza (il-hajja) tajba li jien dejjem iggilidt ghalija... Dan il-puppazz beka, tbengel u qalbi giet mormija fit-tajn min dawk li lil qalbu hamra, thabbat ta'. Bezqulu fuq wiccu... dan il-puppazz ferut, mimli bir-rabja issa jikontempla l-pitrolju u s-suffarina. Jixtieq jahraq kollox, u bhal neru jidhaq waqt li jara din il-belt hajtu tigarrab quddiem ghajnejh. Neru l-mignun... Hekk ajruh...Forsi hu wkoll xeba min din il-farsa helwa li hloqna biex ninsew u nintilfu fija. Forsi hu wkoll xeba mis-siggu kiesah tad-deheb it-tron. Forsi hu wkoll rid l-animal johrog. L-animal li jinstab jigri fid-demm ta' kull wiehed u wahda minnha.

Sokrate... int ghallimtni hafna. Ghallimtni l-kurzita, ghallimtni l-mistoqsija... ghallimtni l-umilta... U int o xjenza... int ghallimtni fuq l-istillel u l-ismewwiet, fuq ix-xemx u kif il-weraq iddawru d-dawl f'sors ta' energija li jista jigi utilizat mil-kreaturi ta' din id-dinja... ghallimtni fuq is-sajjeti u fuq l-maltemp... fuq il-manifest ta' dan il-hsieb f'dan il-gisem uman...

...


Thursday, July 7, 2011

U l-fjur isib il-mistrieh fil-lejl...

"U l-fjur isib il-mistrieh fil-lejl"

"U l-fjur isib il-mistrieh fil-lejl,
Fid-dlam il-fjur jintesa, jistahba u jistrieh,
Mwielda mix-xemx,
Ghada gurnata ohra,
Ghada gurnata gdida,"

And the flower finds rest in the night,
In darkness, the flower is forgotten, is hidden and rests
Birthed by the sun,
tomorrow is another day,
tomorrow is a new day,

Ftakar sewwa, u ghidli x'inhu l-punt...

"Ftakar sewwa, u ghidli x'inhu l-punt..."

Remember well and tell what is the point...

Sunday, June 19, 2011

Earth Hour 2011

How could it escape my mind?
Earth Hour,

When all hope is lost,
and all seems black
I light a candle,
a candle for you and for me

May this little dim light
be enough to guide you
through this journey life

I too my friend am lost
I too my friend am afraid
I too my friend feel weak
but I have faith,
I have hope,
hope in this light that shines in my heart,
it may be dim
it may be small
but it shines on

Why should we fear when a simple flower have so much faith in day?

Wars, natural disaster, the madness of this faced paced world...
engulfed in technology,
forgetting beauty,
forgetting speech,
forgetting what it really means to be alive,
we are lost in this crazy world,

A soul, and faith,

A candle for you,
A candle for me,
A candle for us,
One soul, one race, one being,

Help me find reason,
help me be strong,
to forever believe in this light that shines within my soul,

I offer myself, my nothing to you
I raise my candle, my light to the heavens above,
and tears flow freely from deep within,

I remember in fellow man,
I with you, during this hour I raise my light,
to hope, to love, and to life,
to beauty and truth,

Although I my presence is not physical,
I am present as spirit and mind,

We are all the same, made of the same thing,

I can feel you with me,
I know you are there,

Let us stop, and allow ourselves to feel, to let life flow through,
through our hearts, through our spirit

And so i hold this candle,
I hold this light,
and think of you...

To love, to life, to beauty and truth...
to you and me, and to the world

Date: 26th March, 2011 - Earth Hour

Inspired by: Earth Hour 2011 - Official Video

People

People

People, people of the world. Your voices fly over this virtual space. From different corners of the globe you come together and unite to create this beautiful piece of music, this masterpiece which crosses across this virtual universe. A universe created by man. Virtual yet Real.

Id-damdim, bhal daqqa ta' martel fuq wara ta' rasek. It-twezieq, bhal xi hadd iqatta l-karti ma widnejk. Il-glied bhal xita ta' gebel fuq mohhok.

The resound, like being hit with a hammer at the back of the head. The screams, like someone tearing papers by your ear. The fighting, like rain of stone on your mind.

L-istonku jafas, jiprova jimbotta dan id-dmugh mistur il-barra...

My stomach presses harder, trying to push out these hidden tears...

Date: 18th June, 2010
Inspired by: "Lux Aurumque - Eric Whitacre's Virtual Choir"

Hyperlink: http://www.youtube.com/watch?v=D7o7BrlbaDs


I looked at you and you looked at me...

This was originally written in Maltese. Unfortunately I have lost the original copy and I only have the English version which you can find below.

I looked at you and you looked at me...

"I looked at you and you looked at me,
white shirt and cream pants, so light and summery,
I have known your face for years and so your name,
I am curious about who you are, about what you are and what you do,

In a curious place our eyes met,
I walked past you with an air of tease,
like a little child, who wants to be a man,
yet his heart is still soft and innocent,

Oh foolishness of youth,
like the song of a little girl that is capable of bringing a smile to any old man's face who has tasted the bitterness of life,
Two young men, lost fighting battles within, dancing to the beat of life,
somewhere in a dream we met and we got lost in the kiss of two lovers in platonic love,

Oh foolishness of youth..."

Date: 5th June, 2011

A Soul...

A Soul...

"A Soul, a soul,
which seeks, which seeks,
so close, so near,
yet so distant, so afar...

questions...

all is darkness, all is light"

Friday, June 17, 2011

A Broken Puppet


A Broken Puppet

A broken puppet, struggling to perform his dance on this worn out stage life, amidst this frenzy of laughter, clowns, drunks and fools. Blending in well for they are blind and cannot see the tears on this puppet's face. With his weak voice he calls out to the crowd and utters: "see me here struggling, struggling to perform. Can you not see I am broken? Can you not hear my cry?"

Fools...

You do not care if the puppet is broken. All that matters is that he performs his dance... for your amusement, so as not to recall that you are broken too. Can you not see that we are puppets on strings? We move in accord to expectation, in accord to impulse. Why should we burden ourselves with question? We fall in love with ideas, false images of perfection, of the ideal.

I too am puppet, I too am tired of performing.

I continue to push myself. I continue to try. Nonetheless I know the truth. The mask I wear is broken, the tears on the rims of my eyes are visible. I am just about ready to give in and to let myself hang on these puppet strings, to let the tears smudge my performer's face. I am just about ready to let the audience throw rotten tomato and egg to my face.

For how long will they shame me? They will soon bore and move on to the next victim, the next in line to fall and let himself hang on those god forsaken puppet strings.

Another soldier, another dreamer down.

Oh how I wish that the spot light leaves my worn out stage to darkness. There, in solitude I can be free. Free from the circus, society. On those planks of worn out wood I will fall to my knees and let all the sorrow pour from my heart. I would lay and fall to sleep to wake up to foggy day in a forgotten field. I would wake up a new man, fresh and liberated from the chains of that machine, cruel and harsh, society. I would be human, not puppet, not performer. I would stand strong, my face flawless and a faint smile on the corner of my mouth would be enough for one to understand that this man's spirit is free. The cold morning air would fill my lungs and my bare chest will rise to that day, to life and freedom. Night would only be a memory, no longer a reality. A memoir that I would leave behind, with that stage that was once my life as I disappear into ligh and fog, underneath a tree shed of leaves.

A free human being.

Alive


Date: Wednesday, 30th March, 2011

Inspired by: "Making Up Minds - Eluvium"