Thursday, December 29, 2011

Bħal meta int tisfen...

Bħal meta int tisfen, jien nintilef fid-dinja tal-kliem, fil-mument. Insir il-poeżija bħal ma int issir il-muviment. Il-musika, il-ġifen li jieħdok f'dik l-art utopja, f'dak l-ispazju, hemm fil-fond ta' qalbek. Fi spazju li lest biex jilqek u jimtela bil-ġmiel ta' l-ispirtu (tiegħek), bil-kulur. Fi spazju fejn tista tiftaħ ġwenħajk u ttir il-fuq fis-sħab. Fejn issir ħaġa waħda man-natura, ma l-univers, mad-dawl u mad-dlam, mal-ħajja u mal-mewt, mal-bnazzi u mal-maltemp, ma l-animal, mas-siġra, (mas-sbuħija kollha tad-dinja), ma l-istillel, u l-pjaneti. Ma l-idea, mal-kunċett, mal-ħallieq.

O xi sbuħija, o x'għasel ta l-ispirtu! Int o poeżija, int o mużika, l-leħen ta' ruħi, ta' dawn id-dmugħ fuq xfar għajneja, fuq wiċċi. L-leħen ta' dan il-paċi, ta' dan il-ferħ li qed inħoss ġewwa qalbi.

Grazzi, grazzi, u grazzi o poeżija, tali għal darba oħra tajtni n-nifs u fakkartni li jien ħaj. 

No comments:

Post a Comment