Dan in-nar jaqbad f'nofs ta' lejl...
Kemm qed jixel, kemm qed jimla dawn l-għajnejn kaħlanin jisfnu fil-baħar, bil-ħajja li għixet f'din ir-ruħ tal-lejl... o dan in-nar, din l-assenza li tagħmilni: il-ħajja, il-poeżija... Jien fejn jien, jien minn jien, il-maskla li nideċidi li nilbes... naf li qatt mu ħa tħallini... Fuq is-sodda tal-mewt, sittien sena oħra, ta' tmenin, f'dinja li ma nafx, f'dinja fejn ma hemmx post il-poeżija, nispera li dan in-nar jibqa jaqbad, imqar f'dawn il-ġiex għajnejn kaħlanin li jien tant nobgħod, li tant inħaddan... o natura, o evuluzzjoni, int xi ħlaqt? Din il-kreatura, dan il-ġisem, dan il-moħħ... Dan il-poeta mitluf fil-mistoqsija...
Il-kimika li tħawwad il-kimika u l-eletrikku. Din il-ħajja mimlija misteru, tibqa hemm titantani, waqt li ġismi intosifikat (bl-alkoħol) bil-kimika li tħawwad il-kimika, tinkini, tistedini biex insaqsi l-mistoqsija, biex infittex ir-risposta. L-ironija tas-sitwazzjoni meta jien naqa għal-din it-tentazzjoni meta r-risposta jiena ġa għandi... l-fjura trid iċedi għal-kesħa tax-xitwa li qed tħabbat wara l-bieb tal-ħarifa... għaliex hekk biss iż-żerriegħa tista tistaħba fil-kenn tal-ħamrija sar rebbiegħa ġejjiena, biex għal-darba oħra tistieden il-ħajja biex tinbet u timla l-vojt tas-silġ u l-mewt tax-xitwa...
O kliem ħelu, bħaż-żebgħa fuq il-pinzel ta' pittur, int togħbdini u tħobbni u tħallini nesprimi dak li ilu mistur ġewwa l-fond ta' qalbi... o musika, bħal-għeliqi u s-siġar li l-pittur jara quddiemu, inti ttini l-ispirazzjoni, l-motivazzjoni biex inkompli nimbotta, biex inkompli nfittex u ngħix... Inħobbok o peożija għaliex int għal-darba oħra provdejt is-serħan ta' moħħ, tal-qalb lil din ir-ruħ għatxana, kurjuża għar-risposti, għal-misteri li mhux tagħha biex tiskopri... tal-ħajja, ta' l-ispirtu...
Grazzi o poeżija, grazzi o lejl...