Thursday, November 17, 2011

U din il-qalb hamra, thabbat, tnixxi d-demm...


U din il-qalb hamra, thabbat, tnixxi d-demm, tibki ghal-darba ohra. Fil-mera tbissima, dahka, tanniqa. "Kollox sew, ma gara xejn, il-hajja tkompli".

Dan il-guvni ferut, jkompli mixi, jzomm il-gerha b'idu, d-demm jcarcar min bejn is-swaba.

"Ma gara xejn, tinkwetax, mhux tort tieghek. Din hi l-hajja habib". 

Ghoxrin sena u qalbi ga mqatta, mtertqa u spulpjajta. Fil-fond ta' qalbi, spazju ghar-rabja ma ghandix. Fil-fond ta' qalbi spazju ghal-imhabba ma fadalx. Ir-raguni tilfet kul sens u bil-mod il-mod qed nintelaq fil-bahar imqaleb. Bil-mod il-mod qed nerhi lili nnifsi fil-kurrent. Qed inhalli il-gegwigija tahkimni u tiblani, biex forsi intaffi dan l-ugigh, biex forsi alinqas nati cans il-griehi f'dan il-muskoli qalb jaqdu... 

O poezija, int u jien, bhal giex mahbubin mohbijin fil-lejl, inservu ta' kenn ghal-xulxien. Is-swar, il-holma ggarfet, waqat u tfarkett mal-blat. Il-mewg tal-hajja hakimni. Bkejt dmugh id-dieqa u nixef... 

"Ma jimpurtax, ma gara xejn..."

Il-hajja tkompli u l-lejl ghal-darba ohra fetah jdejh u haddani mieghu.

Fesfisli f'widnejja l-kuragg, id-dawl, il-hajja. Dan il-bniedem jien, haj, sinonimu mal-lejl. Ferut, mwegga... imma qed jiehu n-nifs, haj... 

Pjanu, gittara, lehen; gholuni u tuni s-sahha... dawl tal-lejl urini t-triq... Dawn rigleja jridu jkomplu. Ma jridux jcedu u jien lanqas. Qalbi ha tibqa thabbat. Wara s-silg, wara l-buttuni tal-puppazz, hemm bniedem, hemm uman, hemm jien haj... guvni ta' ghoxrin sena, b'sahhtu, mimli hajja u sbuhija... hemm bniedem shih...

1:00am, 25th July, 2011

http://www.youtube.com/watch?v=7o2IqS0OPfE&feature=related

No comments:

Post a Comment