Thursday, November 17, 2011

U din id-dinja vojta u għamja li tiprefferu tgħixu fija?

"U din id-dinja vojta u għamja li tiprefferu tgħixu fija? Dinja tal-plastik, dinja tal-materja, dinja ta’ xejn iżjed min dak li is-sensi jħalluwk tara, iduq, timsa, ixomm u tħoss… id-dinja tagħkhom sa hemm tasal… il-qalb, u l-emozzjoni… dak li vera jagħmlek uman, ħaj, inthom tibżu minnu… iwerwirkhom… li taħseb u tħoss... li tmur lilhin mil-ġisem huwa wisq għalikhom… u inthom, dawk fostkhom li għandkhom il-grazzja tal-moħħ u l-intelliġenza, imma tiprefferu tkunu pupazzi, skjavi tad-drapp, biex l-oħrajn li huma inqas ixxurtjati minkhom, jaċċetawkhom u jagħmlukhom allat tal-lejl, tal-kantuniera… fejn hemm… f’dak il-mument ta’ passjoni, ta vjolenza, ikunu qed jagħmlu massakru minhkom, mill-vera persuna li int ġo f’qalbek… 


Injoranti… 


Kollox ħelu, kollox manna, kollox ileqq u kollox sabiħ… 


Illum int ragel, inti mara skond il-ħwejjeg li tilbes… illum il-kejl ta l-irġulija, ta’ kemm inti mara huwa id-drapp, l-ammont ta’ alkohol li int kapaci tikonsuma f’lejl u kemm int kapaċi tarmi lil ġismek bħal tuffieħa mikula. Bħal gazzetta tal-ħadd, taqra darba umbgħad tarmija… 


Kemm aħna intelliġenti… Kemm aħna popolari… Kemm aħna maħbubin… 


Inhobbok… Intilfet il-vera tifsira ta mħabba llum… Inħobbok… Inħobbok sa kemm int tħallini nisfrutta lil ġismek kif jogħġob lili, lil bżonnijiet karnali tiegħi… 


Għamjin, għamjin u għamjin… tant kemm aħna għamjin li llum, mhux biss nażlu l-ħwejjeg min wara l-ħġieġ tal-vetrini, imma tali nażlu wkoll lil min ħa nkellmu, lil min ha nkellmu min wara din il-ħġieġa li tiproduċċi dawl iteptep… vetrina virtwali… Din min hi? Le, jaqq xi kruha fija? U dan min hu, kemm hu sabiħ? Ħa nkellmu lil dan għax i li nara jogħġobni… l-ewwel waħda ma jistħoqlux cans? L-ewwel waħda x’għanda inqas mit-tieni wieħed? Ġisem? Ħwejjeg sbieħ u pożi foloz li fiż-żmien kienu jagħmlu l-buffi fiċ-ċirklu? 


Boloħ, għamjin u mitlufin f’dlam dak id-dawl ta’ illusjoni, ta’ perfezzjoni, ta’ sbuħja falza… Qumu mir-raqda, ieqfu u aħsbu! Ħarsu madwarkhom u araw flim farsa qed tgħixu! Kull fejn tħares, kull fejn tara, gideb sbieħ li jbelawilek li int għandek bżonn dik il-pinzetta biex tiranġa suf għajnejk, jew li ghandek bzonn dik il-fwieħa, dik il-kimika velenuża sa biex in-nisa jiġru waraj! 


Qumu minn hemm a ħajjin mejtin u araw x’ini il-vera ħajja! Il-vera ħajja huwa s-sempliċi nifs li int tieħu matul il-jum, matul lejl. L-ewwel nifs li tieħu meta għal l-ewwel darba toħroġ minn ġuf ommok għal dawl il-xemx… miraklu… In-nifs li int tant tieħdu zgur li lanqas biss int konxju tal-kumplessita, u tal-preccizjoni involuta biex int tkun tista biss idaħħal l-arja minn ġo l-atmosfera għal-qiegħ il-pulmuni tiegħek! U kemm tieħu żgur ix-xemz li titla fis-sema kull filgħodu, kemm tieħu żgur il-fjura li tiftah għal-dawl dik ix-xemx, kemm tieħu żgur dan il-bilanċ delikat, fraġli tan-natura, tal-ħajja… Istħi int li tiġi taqa u tqum, li tirfes il-fjura, li tagħmel lilek innifsek ikbar min snin twal ta’ evolużżjoni, ta’ żbalji perfetti li konsegwenza tagħhom hija int. Ġismek, moħħok, qalbek… Istħi int li tgerger għax niżlet ix-xita mis-swemmiet, istħi int li azzardajt takkuża x-xemx għaliex tiżreg iż-żejjed… Għandek idea taż-żmien li għadda min fuq l-istorja tal-bniedem biex int stajt tħoss l-ilma fuq riġlejk, fuq idejk, fuq wiċċek, għandek idea kemm għadda żmien biex int stajt tara dak id-dawl, biex tikkonċepih u biex il-bniedem żvillupa l-intelletwalita u l-emożżjoni biex int stajt tapreżża dak id-dawl? 


Gerger, kompli għafeg, kompli prova sib id-dawl fid-dlam, fil-plastik, fil-farsa! Kompli għax inti taf o bniedem intelliġenti, o bniedem alla, kompli għazel li tirrifjuta li tieqaf u tara x’hemm wara il-biċċiet tal-palk, wara il-maskli li l-atturi jilbsu! Hemm fjur, hemm bniedem b’potenzjal, hemm il-mohh, hemm l-emozzjoni, hemm il-qalb, hemm il-ħajja…" 

No comments:

Post a Comment