Thursday, November 17, 2011

Harist il-fuq u rajt il-weraq jisfen mar-rih...


Kemm nixtieq ningassa u nħażżeż fuq dik il-pastażata ta’ karta ta’ soċjeta! Tħares lejha, tidher sabiħa, miktuba b’pinna ta’ l-aqwa kwalita… kollox kif suppost, kollox sabiħ. Ffirmata bill-bniedem, ssiġilata b’xemgħa ħamra, ċurkett tad-deheb.

Tibda taqra il-miktub, oxxeneta, attroċita u kruha… kruha ta’ kliem…Imċapsa b’demm l-innoċenti, bid-dmugħ ta’ dak li joħlom…
Puppazzi, ġugarelli, priġunieri tar-regoli, tal-materja, ta’ dak li hu mistenni…

Jaħasra, msiken… kemm ma nafu xejn…

Għala flokk jisejjaħ flokk u mhux qalziet? Għala nemmnu dak kollu li nisimu? Għala kuntenti hawn, f’din il-geġwiġija ta’ magni u toroq? Għala ma rridux ninħalu min dawn il-ktajjen marbutin ma dik l-istampa fittizja li penġejna?

Diffiċli…

Naf li ċertu sens ta’ ordni huma kruċjali biex niċaqilqu, biex ngħixu ħajjitna b’sens ta’ ċivilizzazjoni. Imma aħna konxji li għandna alinqas iċ-ċans li nagħżlu? Li għandna l-kapaċita li ninħelsu mil-kobba spag li ħabbilna u nqbadna fija? Li għandna l-kapaċita, l-potenzjal li nimbutaw lilna nfusna biex inkunu individwi aħjar, miftuħin  għal-ideat u esperjenzi ġodda, akbar fiċ-cokon tagħhom stess?

Ieqaf u aħseb… induna u rrealiza bis-saħħa li għandna biex intejbu lilna nnufsna u l-ambjent li ngħixu fih… Bil-potenzjal biex nikbru bħala individwi, bħala kolletiv.

L-univers sabiħ… Id-dinja sabiħa… mimlija mirakli… mirakli kbar… mirakli zgħar... mirakli li jekk tagħti ċans jimlewk kapaċi jwaqqfulek qalbek, nifsek…

Il-qafas ta’ sidirna, jitla u jinżel man-nifs, il-weraq jisfnu mar-riħ, id-dellijiet jimxu max-xemx, l-mewġ jaħbat mal-blat…
Muviment il-ħajja… Muviment il-ħajja…

Jien…

Jien waqaft…

Jien waqaft u rajt dik il-biċċa karta miktuba b’pinna ta’ l-aqwa kwalita, ssiġilata b’xemgħa ħamra, ċurkett tad-deheb… rajta kif inhi, ta’ li hi… rajt il-verita…

Ħarist il-fuq… ħarist il-fuq u rajt il-weraq jisfen fir-riħ… Ħassejt… ħassejt id-demm sħun jiġri fl-arterji u fil-vini… Ħassejt il-ħajja għaddeja min ġo fija u ntlift… ntlift…

No comments:

Post a Comment