Il-mewġ jisabat mal-blatt, jantiċipa bil-ħerqa l-ewwel jum tas-sena l-ġdida. L-oranġjo jinbidel f-isfar. Jien u sħabi hawn bilqgħeda flimkien fuq il-konkrit taħt it-torri tal-portamaso waqt li l-ewwel dawl jirifletti f'dawn l-għadajjar zgħir ta' ilma baħar fuq ix-xatt ta' tas-Sliema. Kollha lebsin pulit, kollha lesti għal-aħħar lejl tas-sena. Imma mhux għal-din il-maġija, għal dan il-misteru tan-natura ta' tluħ ix-xemx ta' kuljum. L-istampa, l-kliem, l-memorja ma huma xejn ħlief skuża ħelwa għal-qalb biex ma tinsiex dan il-mument.
It-tajr jtir u jaqsam is-sema. Iva daqt qaluli. Is-sena l-ġdida daqt tibda.
Il-mewġ, it-tajr, u sħabi jafu li ftit minuti oħra ħa jitgħaġbu, ħa jitpaxxew bil-ġmiel, bil-miraklu ta' kuljum. Tluħ ix-xemx li kuljum ninsew. Kemm aħna xxurtjati li aħna xhida ta' dan l-fenomenu, dan l-ispettaklu naturali, supranaturali.
Daqt.
Il-vapuri fuq l-orizont, l-isfar abjad, is-sħab, l-ilma baħar jerħi ruħu fuq il-blatt.
Daqt... Jiġri...
Is-sħab qed jiħmar u sieħbi ħareġ subajħ. Qed jipunta l-lejn dik il-linja li taqta l-baħar min sema...
Fl-aħħar... dak il-ballun nar deher għal l-ewwel darba għal din is-sena l-ġdida...
Ix-xemx...
Ikħal fuq rasi....
Fl-aħħar...
Il-mewġ, it-tajr, għajneja, sħabi, tnejn jappuniżi, jien u qalbi jitrijumfaw fuq dan il-mument! O ġurnata, o sena ġdida, o qawwa tan-natura, o ħallieq... grazzi. Grazzi għaliex il-ġurnata, s-sena li ġejja kompluti.
Kemm nixtieq nifhem dan il-misteru tal-jum...
Il-ġurnata, is-sena l-ġdida bdiet!

No comments:
Post a Comment